Left arrow Mur Lura

Laqgha tas-Servizzi ta' Emergenza f'Ghawdex

PR1167
Date Icon 29/07/1996

Il-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone iltaqa' ma' l-ufficjali nkarigati mill-ferghat tad-diversi oqsma ta' l-amministrazzjoni pubblika u ta' l-organizzazzjonijiet parastatali flimkien mas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali f'Ghawdex. Dawn l-ufficjali governattivi u parastatali jmexxu s-Servizz ta' Emergenza f'Ghawdex li huwa pprovdut il-hin kollu matul is-sena kollha. Il-laqgha saret bi thejjija ghall-influss sostanzjali ta' vizitaturi f'dan iz-zmien tas-sajf.

F`diskors li ghamel il-Ministru Tabone qal li llum l-ghadd ta` Maltin u barranin li qed jaghzlu lill-gzira t`Ghawdex bhala post ta` btala kiber hafna u maghhom kibret ukoll id-domanda ghas-servizzi essenzjali. Il-Ministru qal li fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena n-numru ta` Maltin u barranin li l-Gozo Channel garret lejn Ghawdex kien ta`168,753 u 232,591 rispettivament, total ta` 401,344. Ma dawn iridu jizdiedu mad-9,000 li zaru 'l Ghawdex permezz tal-Helicopter. Huwa qal li n-numru ta` vizitaturi jkompli jikber fil-gimghat li gejjin.

Il-Ministru Tabone qal li Ghawdex jista' jkompli jzid fil-popolarita` tieghu bhala gzira b`destinazzjoni turistika grazzi ghal organizzazzjoni, l-accessibbilita' u l-infrastruttura li nholqu f`dawn l-ahhar snin. Fil-fatt, tenna jghid il-Ministru, gew imqassma 'l fuq minn 30 pager sabiex ikun hemm izjed koordinazzjoni bejn id-Dipartimenti tal-Gvern. Huwa ghalhekk heggeg lill-kapijiet prezenti sabiex ihossuhom dejjem aktar responsabbli ghad-dehra t`Ghawdex u jmexxu is-servizzi b`mod professjonali.

Il-Ministru Tabone appella ghal aktar kordinazzjoni bejn id-Dipartimenti koncernati u heggighom biex jizguraw li s-servizzi kollha socjali u infrastrutturali jithaddmu u jinghataw bl-aktar mod efficjenti possibbli, b`heffa, b`kortesija u sens komun. Huwa sehaq li rridu nizguraw li kulhadd jaghti l-ahjar servizz lil dawk kollha li nilqghu fostna. Irridu nibqghu maghrufa ghall-ospitalita` u ghall-generosita` tal-karattru taghna, zewg karatteristici ta` valur kbir ghal Ghawdex u li jigbdu hafna nies lejn gziritna.

Il-Ministru ghamel referenza partikulari ghall-Ufficcju ghall-Affarijiet tal-Konsumatur li wkoll se jkun qieghed jaghti s-servizzi tieghu barra l-hinijiet normali tax-xoghol.

Is-Servizz ta' Emergenza huwa kkoordinat mill-Ghassa tal-Pulizija tar-Rabat. Kull min ikollu bzonn dan is-servizz ghandu jcempel fuq 561482/5. Biex ikun hemm iktar koordinament efficjenti u immedjat, l-ufficcjali kollha gew provduti b'sistema ta' paging li permezz taghha jkunu jistghu jigu kkuntattjati immedjatament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow