Left arrow Mur Lura

Appogg liz-Zghazagh fl-Organizzazzjoni ta' attivitajiet mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli ghaz-Zghazagh

PR1166
Date Icon 29/07/1996

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli ghaz-zghazagh, Richard Muscat, fetah ufficjalment id-disa' edizzjoni tal-Loghob ghal Kulhadd organizzat mid-Depiro Youth Centre fir-Rabat. Fl-edizzjoni ta' din is-sena qeghdin jiehdu sehem rapprezentanti minn erbatax-il club taz-zghazagh minn inhawi differenti tal-gzejjer Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari qal li s-Segretarjat tieghu hu dejjem lest jaghti appogg liz-zghazagh fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet li jigu ideati miz-zghazagh stess u li fihom iz-zghazagh huma l-protagonisti. "Fil-kaz ta' l-attivita' organizzata mid-Depiro Youth Centre," qal is-Segretarju Parlamentari, "l-appogg tas-Segretarjat ifisser ghajnuna materjali bil-provvista ta' ghadd ta' bankijiet li l-organizzaturi kellhom bzonn biex jakkomodaw lill-pubbliku, imma jfisser ukoll inkoraggiment lic-Centru li kien dejjem fuq quddiem biex jippromwovi l-inizjattivi taz-zghazagh."

Is-Segretarju Parlamentari Muscat fahhar liz-zghazagh tac-Centru ghas-solidarjeta' li b'din l-attivita' riedu juru ma' tfal Pakistani. Is-Segretarju Parlamentari qal:"Intom ghandkom l-energija, l-ideat, il-hin u l-mezzi biex tilhqu hafna mill-ghanijiet taghkom. Imma ma' dawn il-kwalitajiet sbieh ghandkom ukoll il-qalb generuza u l-apprezzament tal-valuri li jippermettulkom tghinu lil zghazagh ohrajn li qed jitolbu l-ghajnuna taghkom."

Fi tmiem l-intervent tieghu, is-Segretarju Parlamentari ipprezenta Lm150 lill-organizzaturi tal-loghob. "J'Alla tifdu l-ispejjez", qal is-Segretarju Parlamentari, "ghaliex b'hekk dawn il-flus ukoll ikunu jistghu jintefqu ghal-gid tat-tfal tal-Pakistan".

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow