Esportazzjoni tal-patata ta' Malta 1996
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, Michael Falzon attenda ghac-cerimonija tat-tqassim ta' certifikati lil 35 tifel u tifla li ppartecipaw fi programm imsejjah Intensive Mediated Education programme - IMEP.
Dan il-programm hu sistema ta' taghlim li jintlahaq mhux b'mod dirett, imma bis-sahha ta' medjatur - l-ghalliem imharreg apposta biex juza s-sahha naturali tal-persuna sabiex iwassalha taghraf tiffunzjona intellettwalment. Dan il-prgramm juri li t-taghlim fil-hajja m'ghandux ikun marbut biss ma progress akkademiku. Fil-fatt kwazi mpossibbli li wiehed ma jitghallem xejn. Intwera wkoll li tfal b'dizabilita' mentali jistghu jigu mghallma jiffunzjonaw meta jkollhom programmi mfassla ghal htigijiet taghhom. Dawn it-tfal gew mghallma mhux biss jissocjalizzaw, imma wkoll ikabbru fihom il-kunfidenza li jiffaccjaw in-nies. Din kienet opportunita' biex ghalliema u terapisti jinghataw ic-cans li jahdmu flimkien mat-tfal.
Dawk prezenti ghal din ic-cerimonja setghu jaraw wirja ta' xoghol imtellgha mit-tfal stess, zfin u wirja tal-ginnastika.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, filwaqt li ferah lill-partecipanti wera' apprezzament ghall-impenn li qed tiehu l-Fondazzjoni Eden b'rizq persuni b'dizabilita'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901