Il-Ministru M. Falzon izur xoghlijiet li qed isiru mid-Dipartimenti tal-Ministeru
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, l-Onor Michael Falzon, illum zar diversi siti fejn qed isir xoghol ghad-Dipartimenti fi hdan il-Ministeru tieghu.
· Il-Ministru Falzon l-ewwel zar dar fi Triq Zekka, l-Belt li sarilha xoghol ta' titjib u riabilitazzjoni u issa bdiet tintuza bhala laboratorju li fih qed jigu restawrati l-kotba. Il-laboratorju ghar-restawr tal-kotba fi hdan il-Librerija Nazzjonali qabel kien jinsab f'parti mis-sular ta' isfel fil-Palazz tal-President. Dan il-post ma kienx kbir bizzejjed biex jilqa' fih il-makkinarju mehtieg ghar-restawr tal-kotba.
Permezz tal-protokol finanzjarju ma' l-Italja ingieb apparat u makkinarju gdid u sar ix-xoghol necessarju biex il-post fil-Belt seta' jilqa' fih il-laboratorju u l-apparat il gdid biex ir-restawr tal-kotba jibda jsir b'metodi godda u aktar moderni.
Din id-dar ghal xi zmien serviet bhala r-residenza ta' Sir Adrian Dingli u qabel inbidlet f'dan il-laboratorju ghar-restawr tal-kotba kienet tintuza bhala skola.
· Il-Ministru Falzon imbaghad zar is-sit f'Santa Lucija fejn qed jinbena Junior Lyceum gdid ghall-bniet. L-ewwel fazi ta' dan il-progett li qed tinbena bhalissa tikkonsisti fi hmistax il-klassi ta' tletin student il-wahda, tmien laboratorji b'taghmir modern, facilitajiet sportivi u bini amministrattiv li ser iservi ghall-iskola kollha. Il-bini ser ikun imsebbah b'landscaping u mdawwar bi triq accessibbli minn gewwa biex it-traffiku jkun separat minn dak ta' barra. F'dan il-kumpless ser ikun hemm ukoll facilitajiet ghal parking ghall-istaff kif ukoll ghat-trasport ta' l-istudenti.
Id-disinn tal-faccata hu maqsum f'elementi zghar fuq skala ta' djar biex jintegra ma' l-ambjent u t-tfal jassocjaw aktar rwiehhom ma' l-ambjent tad-dar. Huwa wkoll mahsub li l-facilitajiet li se tkun toffri din l-iskola jkunu jistghu jigu wzati mill-komunita'.
Ix-xoghol fuq dan il-progett inbeda f'Jannar ta' l-1996. Sfortunatament, ix-xoghol ma qabadx l-andament mixtieq minhabba t-temp hazin li fixkel il-hidma fuq il-pedamenti.
Bejn Jannar u Lulju, ix-xoghol li sar fuq dan il-progett kien jikkonsisti fi qtugh ta' blat u thammil madwar is-sit kollu u l-bini ta' l-ewwel sular tal-blokki kollha ta' l-ewwel fazi. Huwa stmat li x-xoghol li sar sa issa huwa tletin fil-mija tax-xoghol kollu ta' l-ewwel fazi. Ix-xoghol fuq il-landscaping jinsab avvanzat hafna u diga' beda jidher l-effett tieghu.
Il-pjanta tal-progett hija tal-Perit Ivan Coleiro tad-Dipartiment tal-Bini u l-Inginerija tat-Taqsima tax-Xogholijiet tal-Ministeru ta' l-Ambjent filwaqt li l-gestjoni tal-progett tinsab f'idejn il-Project Management Office tal-Malta University Services Ltd.
· Zjara ohra li ghamel il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Rizorsi Umani, kienet fl-estensjoni l-gdida li qed issir fil-kwartieri tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig (ETC), f'Hal Far, li ser tintuza biex fiha jkunu organizzati skemi ta' tahrig u mpieg f'ambjent protett ghal persuni b'dizabilita' biex dawn jizviluppaw il-kapacitajiet taghhom u jiksbu l-kunfidenza necessarja biex iwassalhom ghall-impieg f'ambjent miftuh.
Dawn l-iskemi jinkludu xoghol konness ma' housekeeping u tindif, appogg fil-kcina u preparazzjoni ta' platti ta' l-ikel, infilsar u labelling ta' mailshots u materjal pubblicitarju kif ukoll xoghol ta' manutensjoni ta'gonna.
Il-bini li qabel kien jintuza mill-Iskena ta' l-Awziljari bhala mhazen, issa gie kkonvertit fi tlett work areas li wiehed minnhom jista' jintuza ghal sessjonijiet ta' life skills.
Madwar 25 persuna li qabel kienu jattendu l-Adult Training Centres jew skejjel specjali li ser ikunu l-ewwel persuni li ser jitharrgu f'dawn il-workshops. Dawn il-persuni qed jintghazlu permezz ta' assessment li jsir minn team professjonali appuntat mill-Korporazzjoni ghal dan il-ghan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901