Left arrow Mur Lura

Il-Gvern ikompli jissussidja l-Opra f'Ghawdex

PR1150
Date Icon 26/07/1996

Is-Socjeta' Filarmonika La Stella tal-Belt Victoria nghatat ghotja finanzjarja mill-Gvern bhala sostenn ghall-ahhar opra li giet ipprezentata fit-Teatru Astra: "Il Trovatore" ta' G. Verdi. L-ghotja saret mill-Ministru ghal Ghawdex, Anton Tabone, lill-President tas-Socjeta', Dr Joseph Ellis.

F'kelmtejn li ghamel, il-Ministru Tabone fahhar l-impenn u d-dedikazzjoni tal-membri fi hdan is-Socjeta' ghall-kontribut li jaghtu fl-izvilupp tal-kultura f'pajjizna, meta fl-ahhar stagun tejatrali l-Management tat-Teatru Astra rnexxielu jtella' zewg produzzjonijiet operistici impenjattivi, minbarra attivitajiet ohra socjali u muzikali. Huwa fisser li l-iskop tal-Gvern li jghin lis-Socjetajiet Muzikali jipprezentaw l-opra f'Ghawdex mhuwiex biex jissossitwixxi lill-operat taghhom imma biex jinkoraggihom jidhlu ghall-inizzjattivi u produzzjonijiet li jaghtu gieh mhux biss lilhom infushom izda fuq kollox lill-gzira Ghawdxija. Bil-ghajnuna li qed jaghti l-Gvern il-programm ta' l-opri f'Ghawdex rega beda wara li kien wieqaf ghal xi zmien.

Il-Ministru Tabone awgura li l-opra f'Ghawdex ssib postha fuq bazi regolari fil-kalendarju kulturali.

Prezenti ghall-prezentazzjoni kien hemm ukoll Prof. Mro. Joseph Vella, is-Surmast Direttur tal-Banda Cittadina La Stella u tat-Teatru Astra, u s-Sur Joseph Borg, Segretarju Generali tas-Socjeta'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow