Hamsin sena mit-tigrijiet tradizzjonali tal-Bhejjem
PR1145
25/07/1996
Fl-okkazjoni tal-hamsin sena mit-tigrijiet tradizzjonali tal-bhejjem fil-festa ta' San Gorg, nhar il-Hadd, 21 ta' Lulju 1996, ghadd kbir ta' dilettanti assistew ghal dawn it-tigrijiet tradizzjonali li saru fi Triq ir-Repubblika, ir-Rabat, Ghawdex. B'kollox saru 19-il korsa li fihom hadu sehem ukoll ghadd sabih ta' bhejjem li ngiebu ghal din l-okkazjoni minn Malta.
Il-Ministru ghal Ghawdex Anton Tabone, attenda ghal dawn it-tigrijiet mill-Barrakka u qassam it-trofej lir-rebbieha.
Prezenti fost l-ohrajn kien hemm ukoll il-President tas-Socjeta' La Stella, Dr Joseph Ellis, u s-Sur Victor Galea Pace, Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Victoria, li qassmu whud mit-tazzi.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901