Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru izur il-Korporazzjoni Telemalta

PR1143
Date Icon 25/07/1996

Fis-sensiela ta' újarat li l-Prim Ministru, l-Onor Eddie Fenech Adami, qed jagómel lil diversi istituzzjonijiet u dipartimenti tal-Gvern, dalgóodu huwa góamel újara uffiðjali lill-Korporazzjoni Telemalta.

Il-Prim Ministru beda biex mar fil-Kumpless Ðentrali tat-Telekommunikazzjonijiet fil-Marsa. Hawnhekk huwa íie milqugó mill-Onor Micheal Frendo, Ministru góat-Trasport, Kommunikazzjoni u Teknoloíija, Mis-Sur John Camilleri, Chairman, mill-Bord tad-Diretturi u mis-Sur Anthony De Bono, Chief Executive tal-Korporazzjoni Telemalta. Fil-Marsa, l-Onor Fenech Adami dar diversi sezzjonijiet u iltaqa' ma' góadd kbir ta' óaddiema tekniði u amministrattivi li jmexxu dawn id-dipartimenti.

Fil-Board Room ta' l-istess kumpless il-Prim Ministru attenda góal tlett preúentazzjonijiet li saru minn uffiðjali góoljin tal-Korporazzjoni bbaúati fuq is-suííetti segwenti:

Il-Proíett tal-Koperattivi

Proíetti góal Futur biex it-Telemalta tintuúa bóala Ðentru góat-Trasmissjoni tat-Traffiku Internazzjonali

Il-Manifest tal-Klijent

Fil-preúenza tal-Prim Ministru saret Video Conferencing bejn Pender Place, San Giljan, il-Marsa u l-uffiððju tat-Telemalta f'Góawdex. Il-preúentazzjoni fuq il-kompjuter setgóet tiíi segwita minn Góawdex u Pender Place u fl-istess óin il-persuni preúenti f'dawn il-postijiet setgóu jaraw lil xulxin u jitkellmu flimkien dak il-óin stess. Din is-sistema titóaddem permezz tat-teknoloíija u infrastruttura tal-Fibre Optic u kommunikazzjoni bir-radju li t-Telemalta ntroduðiet dawn l-aóóar snin. Din it-teknoloíija tiíi trasmessa fuq linja normali tat-telefon mingóajr ma tintilef xejn mill-kwalita' ta' l-Immaíini.

Wara l-Marsa l-Prim Ministru baqa' sejjer jara x-xogólijiet li saru mill-Korporazzjoni Telemalta taót il-proíett ta' manutenzjoni tal-linji tat-telefon fl-inóawi ta' l-Imsida. B'din ir-rióabilitazzjoni, il-wires tat-telefon íew mgóoddija minn fuq il-bini b'mod li jitqassar it-tul tagóhom. L-góanijiet ewlenin ta' dan l-eúerðizzju góaqli huwa li jiíi móares l-ambjent u fl-istess óin mnaqqsa drastikament l-inðidenza ta' ósarat fuq il-linji tat-telefon.

Bóala parti oóra mill-programm, il-Prim Ministru u d-delegazzjoni tiegóu úaru l-Kumpless tal-Korporazzjoni f'Pender Place, f'San Giljan. Hawnhekk huwa íie milqugó minn membri ta' diversi kumitati li góandhom x'jaqsmu mal-qasam tat-telekommunikazzjoni fosthom l-Góaqda pensjonanti Telemalta, Telecommunications Forum, Marketing Committee, Union Óaddiema Maqgóudin, General Workers Union, Unjon ta' l-Iníiniera, Telecommunications Users' Group, Customer Charter Review Board, World Telecommunications Development Conference Committee.

Waqt l-attivita', l-Prim Ministru óa sehem f'Video Conference ma' Góawdex. Membru mill-kumitat Amministrattiv góal Góawdex li góadu kemm íie maótur dan l-aóóar góamlet diskors lill-Prim Ministru góan-nom tal-óaddiema kollha Góawdxin tal-Korporazzjoni.

Saret ukoll preúentazzjoni mis-Sur Anthony De Bono, Chief Executive li tkellem dwar programmi mwettqa, proíetti kurrenti u pjanijiet góall-futur tat-Telemalta. Huwa tkellem ukoll dwar il-Business Plan u s-sehem tat-Telemalta fl-isfera internazzjonali.

F'diskors li góamel, l-Onor Fenech Adami, esprima s-sodisfazzjon tiegóu góax-xogóol imniedi mill-Koporazzjoni Telemalta bóala parti mill-impenn teknoloíiku qawwi muri mill-uffiðjali tagóha. Huwa qal li matul dawn l-aóóar tmien snin saret qabúa kbira fis-sistema tat-telekommunikazzjoni f'pajjiúna u fakkar li fl-1992 Malta saret l-ewwel pajjiú fl-Ewropa b'network ta' exchanges kollha diíitali. Malta illum saret fost li-pajjiúi ewlenin f'dak li huwa aððess tað-ðittadini góal-mezzi tat-telekommunikazzjoni. Spiððaw iú-úminijiet tal-queues; spiððaw iú-úminijiet tal-korruzzjoni politika fit-tqassim ta' linji tat-telephones.

Saru diskorsi oóra mill-Onor Michael Frendo li tkellem dwar l-iúvillup tat-telekommunikazzjoni f'dawn l-aóóar snin u pjanijiet tal-Gvern góall-futur tat-teknoloíija fis-settur tat-telekommunikazzjoni.

Fid-diskors tiegóu, is-Sur John Camilleri, Chairman tal-Korporazzjoni Telemalta irringrazzja lill-Prim Ministru góall-interess li wera fil-óidma tal-Korporazzjoni u wiegóed sforzi akbar fil-íejjieni sabiex il-Korporazzjoni tibqa' minn ta' quddiem fit-titjib ta' l-infrastruttura ta' pajjiúna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow