Left arrow Mur Lura

Il-Kuntratti tal-Kunsilli Lokali u l-efficjenza

PR1140
Date Icon 24/07/1996

Nhar il-Erbgha 24 ta' Lulju 1996, il-Prim Ministru qieghed fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati r-Raba' Rapport dwar l-andament tal-Kunsilli Lokali. Ir-Rapport janalizza x-xoghol imwettaq mill-Kunsilli Lokali fit-tieni tliet xhur ta' din is-sena (April - Gunju 1996). L-Ewwel Rapport kien tqieghed fuq il-Mejda nhar it-Tlieta 31 ta' Ottubru 1995 u dakinhar il-Prim Ministru kien wieghed lill-Parlament li rapporti simili kellhom jigu pubblikati kull tliet xhur.

Ir-Raba' Rapport, bhal ta' qablu, jinkludi skedi li permezz ta' marki, kull Kunsill jista' jifli l-impatt li kellu x-xoghol imwettaq minnu fil-qadi tad-diversi funzjonijiet. Specifikament, ir-Rapport jaghmel analizi dwar dawn il-funzjonijiet:

is-sinjali tat-traffiku u tabelli;

il-knis ta' toroq u l-qtugh tal-haxix hazin;

iz-zamma fi stat tajjeb ta' gonna pubblici u bajjiet ramlin;

id-dehra generali ta' promenades, parking areas, mollijiet, platforms, turgien u passaggi;

l-indafa tat-toroq mhux urbani;

il-manutenzjoni tat-toroq u bankini.

Dan ir-Raba' Rapport jaghti wkoll paragun ta' kif ikun varja, ghall-ahjar jew ghall-aghar, il-livell miz-zewg Rapporti ta' qablu.

Dan it-aghrif ghandu jitqies mill-Kunsill Lokali bhala ghodda effettiva li permezz taghha se jkunu f'qaghda ahjar biex jiehdu dawk l-inizjattivi li jidhrilhom biex, skond il-kaz, jew jirrimedjaw xi sitwazzjonijiet jew jintensifikaw l-isforzi taghhom halli jkomplu jtejjbu l-kwalita' tal-hajja tal-lokalitajiet u tac-cittadini li huma jirrapprezentaw.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow