L-Ombudsman parlamentari Anthony C Mifsud ippreżenta t-38 edizzjoni tal-publikazzjoni Każijiet fil-Qosor 2018 lill-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Din il-pubblikazzjoni tagħti ħarsa lejn numru ta’ lmenti li ġew imressqa għall-kunsiderazzjoni tal-Uffiċċju tal-Ombudsman kif ukoll lejn il-metodi investigattivi varji li jiġu implimentati mill-istess Uffiċċju fit-trattazzjoni tal-każijiet.