Left arrow Go Back

Laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika mill‑Kumitat Magħżul tal‑Kamra

Date Icon 25/11/2013
;
L‑iSpeaker Anġlu Farrugia jixtieq ifakkar illi għada 26 ta’ Novembru 2013 fl‑4.30 pm fil‑Kamra tal‑Kumitati, il‑Palazz, il‑Belt Valletta, ser ikun qiegħed jiltaqa’ l‑Kumitat Magħżul tal‑Kamra dwar it‑twaqqif ta’ Uffiċċju ta’ Kummissarju u ta’ Kumitat Permanenti dwar l‑istandards, l‑etika u l‑imġiba xierqa fil‑ħajja pubblika.
 
Il‑Kumitat qiegħed jistieden membri mis‑soċjetà ċivili sabiex jattendu għal din il‑laqgħa fejn ser ikun hemm l‑opportunità li jesprimu l‑veduti tagħhom dwar il-materja.
 
Dawk il‑membri tal‑pubbliku li huma interessati li jattendu u jagħtu l‑opinjonijiet tagħhom huma mitluba jinfurmaw lill‑Iskrivan tal‑Kamra billi jibagħtu email fuq selectcommittee@parlament.mt jew inkella jċemplu fuq 2559 6207.
 
Il‑Kumitat ifakkar ukoll illi l‑laqgħat tal‑Kumitat Magħżul, inkluż dik ta’ konsultazzjoni pubblika, huma kollha miftuħa għall‑pubbliku u jistgħu jiġu segwiti wkoll b’mod dirett minn fuq is‑sit tal‑Parlament www.parlament.mt.
 
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials