Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX:Tractor ġdid b’valur ta’ madwar €60,000 għall-korsa taż-żwiemel f’Ta’ Xħajma

Date Icon 02/12/2020
;
​​

Waqt żjara li għamel fil-korsa taż-żwiemel f’Ta’ Xħjama, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura tractor ġdid tat-tip Moschi li nxtara b’valur ta’ madwar €60,000 u li se jibda jintuża għall-manutenzjoni ta’ kuljum li tkun teħtieġ il-korsa biex tinżamm tajjeb.

Fil-korsa taż-żwiemel f’Ta’ Xħajma jiġu organizzati primarjament għadd ta’ avvenimenti relatati mal-isport tat-tiġrijiet taż-żwiemel f’Għawdex. Il-potenzjal li toffri din il-faċilità fil-limiti tax-Xewkija, Għawdex, jistgħu jitgawdew mhux biss mid-dilettanti taż-żwiemel imma wkoll mill-pubbliku sportiv Għawdxi.  

Il-Ministru Camilleri qal li t-tractor eżistenti li bih kien jitwitta r-ramel speċjalment qabel kull tiġrija kien sar antik ħafna u  nħass il-bżonn li jinxtara tractor ieħor ġdid li jindirizza l-bżonnijiet tal-lum f’dik li hija saħħa tal-magna, kumdità, l-aspettattivi ekonomiċi u s-saħħa tal-operatur.

Il-korsa f’Ta’ Xħajma titmexxa mid-Direttorat tas-Servizzi f’Għawdex, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials