Left arrow Mur Lura

It-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kenja ġew diskussi dalgħodu bejn il-President George Vella u l-Kummissarju Għoli l-ġdid tar-Repubblika tal-Kenja Jackline Lumumba Yonga.

Date Icon 15/12/2022
;

Filwaqt li awgura mandat ta' suċċess lill-Kummissarju Għoli, il-President esprima t-tama tiegħu li r-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi jibqgħu jissaħħu, anki fi ħdan il-qafas tal-Commonwealth u permezz tar-relazzjonijiet b'saħħithom li l-Kenja bniet mal-UE. Barra minn hekk, il-President Vella osserva li l-kooperazzjoni multilaterali tista' tissaħħaħ ukoll permezz tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU hekk kif il-Kenja tikkonkludi r-rwol tagħha bħala Membru Mhux Permanenti dan ix-xahar u Malta tibda l-perjodu ta' sentejn tagħha f'Jannar tal-2023.

 

Il-Kummissarju Għoli Lumumba Yonga tat ħarsa ġenerali tal-għanijiet tal-missjoni tagħha, fejn identifikat il-kummerċ, l-investiment, l-edukazzjoni terzjarja inkluż l-Istitut tal-Liġi Marittima Internazzjonali f'Malta, u t-turiżmu. Hija faħħret lil Malta għar-rwol li kellha b'mod konsistenti fl-Unjoni Ewropea bit-tħeġġiġ għal relazzjoni aktar profonda u usa' mal-kontinent Afrikan.

 

Ġew diskussi wkoll il-migrazzjoni u s-sigurtà tal-ikel fl-Afrika, b'mod speċjali fid-dawl tal-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna.


​____ 

 

The strengthening of relations between Malta and Kenya were discussed this morning between President George Vella and the new High Commissioner of the Republic of Kenya, Jackline Lumumba Yonga.

 

In wishing the High Commissioner a successful tenure, the President expressed his hope that ties between the two countries are further strengthened, also within the framework of the Commonwealth and through the strong relations that Kenya has built with the EU. Furthermore, President Vella observed that multilateral cooperation may also be consolidated through the UN Security Council as Kenya concludes its role as a non-Permanent Member this month and Malta takes up its two-year term in January 2023.

 

High Commissioner Lumumba Yonga gave an overview of her mission goals, identifying trade, investment, tertiary education including the International Maritime Law Institute in Malta, and tourism. She commended Malta on the role it has consistently taken in the European Union, urging for deeper and broader engagement with the African continent.

 

Migration and food security in Africa, especially in light of the consequences of the war in Ukraine, were also discussed.

 

​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials