Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika tal-Indja, Gloria Gangte, ippreżentat l-ittri ta’ kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton, Ħ’Attard.
Hi ddeskriviet ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi bħala tradizzjonalment eċċellenti u enfasizzat id-determinazzjoni tagħha li tiżgura li din is-sħubija tkompli tiżviluppa flimkien mal-iżviluppi ġeopolitiċi u teknoloġiċi. L-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, il-farmaċewtika u s-saħħa ssemmew bħala fost dawk l-aktar promettenti.
Il-president laqa' l-impenn tal-Kummissarju Għoli u żied jgħid li r-relazzjonijiet komplew jiġi mogħnija permezz tal-preżenza ta' komunità mdaqqsa ta' ċittadini Indjani impjegati f'Malta, primarjament fis-settur tas-saħħa. Il-President irrefera għall-proġetti ta' kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa fil-Commonwealth u fil-Laqgħa bejn l-Asja u l-EU, fost l-oħrajn, u enfasizza l-ħtieġa li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat globalment permezz ta' miżuri effettivi.
_____
The High Commissioner of the Republic of India, Gloria Gangte, presented her letters of credence to President George Vella at Sant'Anton Palace, Attard.
She described relations between the two countries as traditionally excellent and underlined her determination to make sure that this partnership continues to develop in line with geopolitical and technological developments. The areas of digitalisation, pharmaceuticals, and health were mentioned as those being among the most promising.
President Vella welcomed the High Commissioner's commitment and added that relations have been further enriched through the presence of a sizeable community of Indian nationals employed in Malta, primarily in the healthcare sector. The president referred to ongoing projects of cooperation in the Commonwealth and Asia-EU Meeting among others and emphasised the need to globally address climate change through effective measures.