Left arrow Go Back

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca waqt li llejla indirizzat il-forum tal-komunità organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-Soċjetà.

Date Icon 17/03/2015
;
​Dan il-forum ġie organizzat biex jagħti spazju lin-nies biex jitkellmu fuq suġġetti varji li jolqtuhom fil-komunità tagħhom f’pajjiżna. Il-Fondazzjoni tal-President għall-ġid tas-Soċjetà torganizza dawn il-fora biex il-President tisma’ u tagħti widen għal dak li għandhom xi jgħidu n-nies fuq suġġetti varji li jolqtu l-kwalità tal-ħajja li jgħixu. Il-President għadha wkoll għaddejja b’ħidma intensiva biex tisma’ wkoll dak li għandhom xi jgħidu t-tfal b’diversi żjarat fl-iskejjel f’Malta u anki f’Għawdex.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials