Il-President Marie-Louise Coleiro Preca laqgħet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fil-Palazz, il-Belt Valletta
Waqt din il-laqgħa, il-Prim Ministru ppreżenta lill-President bid-donazzjoni ta’ €35,000 b’riżq il-Malta Community Chest Found Foundation - liema donazzjoni nġabret wara li kienet irkantata l-karozza li kien juża l-Prim Ministru.