Left arrow Go Back

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mas-Sur Preca bdew iżuru l-ibliet u l-irħula f’Għawdex bħala parti mill-Istrina f’Għawdex

Date Icon 09/12/2017
;
 
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mas-Sur Preca bdew iżuru l-ibliet u l-irħula f’Għawdex bħala parti mill-Istrina f’Għawdex. F’dawn iż-żjarat, il-President u s-Sur Preca jiltaqgħu mad-diversi għaqdiet li jiffurmaw parti mill-komunitajiet ġewwa Għawdex, u li jorganizzaw attivitajiet apposta biex jiġbru u jippreżentaw d-donazzjonijiet tagħhom b’risq l-Istrina. Ilbieraħ, il-President u S-Sur Preca żaru ix-Xagħra, in-Nadur, ix-Xewkija u San Lawrenz.

L-Istrina f’Għawdex tkompli illum, hekk kif il-President u s-Sur Preca ser jżuru is-Sannat, Kerċem, il-Belt Victoria, l-Għasri, Għajnsielem u l-Qala. 

 
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials