L-inawgurazzjoni tal-kmamar statali fil-Palazz ta' San Anton
Waqt l-inawgurazzjoni tal-kmamar statali fil-Palazz ta’ San Anton, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dawn il-kmamar jirriflettu erba’ snin ta’ xogħol minn team kbir ta’ nies professjonisti, esperti, u ħaddiema tas-sengħa li għamlu biċċa xogħol kbira biex ġabu dawn il-kmamar storiċi kif inhuma llum, bl-għan li l-Palazz ta’ San Anton jerġa’ jieħu xejra ta’ palazz li jirrifletti perjodi differenti tal-istorja ta’ pajjiżna. Il-President irringrazzjat lil kull min ħadem u għen biex dan il-proġett ambizzjuż sar realtà. Fl-aħħarnett, il-President Coleiro Preca qalet li l-kmamar li ġew inawgurati saru “b’ħafna mħabba u dedikazzjoni, b’risq, b’ġieħ, u għall-poplu Malti u Għawdxi.”