Left arrow Mur Lura

L-Ambaxxatriċi l-ġdida tal-Irlanda għal Malta Caroline S. Whelan ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ San Anton

Date Icon 06/09/2022
;

​​


L-Ambaxxatriċi l-ġdida tal-Irlanda għal Malta Caroline S. Whelan ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella fil-Palazz ta’ San Anton. Waqt l-iskambji sar riferiment għaż-Żjara Statali f’Malta mill-President Higgins f’Mejju tal-2022, li ser tiġi segwita minn żjara reċiproka mill-President Vella fix-xhur li ġejjin. Iż-żewġ partijiet iddiskutew il-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, l-importanza tal-istabbiltà fir-reġjun tal-Mediterran, u soluzzjoni dejjiema għall-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq. Iż-żewġ naħat laqgħu l-kooperazzjoni eċċellenti bejn il-missjonijiet permanenti ta’ Malta u l-Irlanda għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fid-dawl tal-fatt li Malta ġiet eletta bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

Palazz San Anton, Ħ’Attard (OPR0609202203-04)


--

DOI – PRESS PHOTOS

Tuesday, 6th September, 2022

The newly-appointed Ambassador of Ireland to Malta Caroline S. Whelan presented her Letters of Credence to President George Vella at San Anton Palace. During the exchanges, reference was made to the State Visit to Malta by President Higgins in May 2022, which will be followed by a return visit by President Vella in the coming months.  The two interlocutors discussed the consequences of the war in Ukraine, the importance of stability in the Mediterranean region, and a durable solution to the Northern Ireland Protocol. Both sides warmly welcomed the excellent cooperation between the Maltese and Irish Permanent Missions to the United Nations in New York in light of Malta’s successful election as non-permanent member of the UN Security Council.

San Anton Palace, Attard (OPR0609202203-04)

​​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials