Left arrow Mur Lura

Il-President ta' Malta f'Londra

Date Icon 02/11/2025
;

​

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, il-President ta' Malta, iltaqgħet mal-Maltin li qed jirċievu t-trattament għall-kanċer u mard ieħor fir-Royal Marsden Hospital, il-Great Ormond Street Hospital u s-St Bartholemew Hospital, kif ukoll dawk li jinsabu fl-appartamenti ta' Puttinu Cares u tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesu, waqt li jingħataw l-appoġġ tal-Malta Community Chest Fund.​

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-President u delegazzjoni ta' uffiċjali tal-Presidenza jivvjaġġaw lejn Strasburgu, għal sensiela ta' attivitajiet organizzati mir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 anniversarju tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials