Left arrow Go Back

Il-President George Vella rċieva l-Ittri ta’ Kredenzjali mill-Ambaxxatriċi l-ġdida tar-Renju tan-Netherlands għal Malta Divera Gerritdina Anna Afra El Adimi-Koekkoek.

Date Icon 06/09/2022
;

​
Il-President George Vella rċieva l-Ittri ta’ Kredenzjali mill-Ambaxxatriċi l-ġdida tar-Renju tan-Netherlands għal Malta Divera Gerritdina Anna Afra El Adimi-Koekkoek.

Ġie diskuss l-istat eċċellenti tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll it-tisħiħ ulterjuri tagħhom b’enfasi partikolari fuq il-kummerċ u t-turiżmu.

Ġew diskussi wkoll diversi kwistjonijiet dwar l-istabbilità fl-UE, b’mod partikolari l-gwerra li għadha għaddejja fl-Ukrajna, flimkien mal-iżviluppi li qed jevolvu fir-reġjun tal-Mediterran.

Tqajmu wkoll l-isfidi globali maħluqa min-nuqqasijiet fis-sigurtà tal-enerġija u fl-ikel.

~~
 
President George Vella has received the Letters of Credence from the newly-appointed Ambassador of the Kingdom of the Netherlands to Malta Divera Gerritdina Anna Afra El Adimi-Koekkoek.
​​

The excellent status of bilateral relations between the two countries and their further intensification were discussed with particular focus on trade and tourism.

Several issues concerning stability in the EU, most notably the ongoing war in Ukraine, were discussed together with the evolving developments in the Mediterranean region.

The challenges presented globally by energy security and food shortages were also raised.
 ​

Palazz san Anton, Attard (OPR0609202201-02)

 


​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials