Left arrow Mur Lura

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca attendiet għall-quddiesa li tat bidu għall-kampanja ‘Milied Flimkien’.

Date Icon 06/12/2017
;
Waqt li indirizzat lit-tfal preżenti fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-President Coleiro Preca qalet li permezz ta’ din il-kampanja “It-tfal qed jagħtu eżempju mill-iktar sabiħ lilna l-kbar, billi qed juruna li l-Milied irid ikollu tifsira ikbar milli għandu, għax il-Milied huwa mument fejn aħna lkoll għandna naħsbu f'ħaddieħor, minbarra fina nfusna.” Il-President tenniet li dan is-sentiment “għandna nħaddnuh mhux biss dakinhar tal-Milied, iżda tul is-sena kollha.”

 ​​

​​​
Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials