Left arrow Go Back

L-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti tal-Amerka Constance J. Milstein ippreżentat l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha lill-President George Vella, fil-Palazz Sant’Anton, Ħ’Attard.

Date Icon 27/10/2022
;

Il-President laqa' lill-Ambaxxatriċi f'Malta u rrefera għall-potenzjal kbir li jintensifikaw ir-relazzjonijiet bilaterali, li t-tnejn qablu li huma eċċellenti. L-Ambaxxatriċi Milstein enfasizzat l-impenn tagħha li taħdem mal-partijiet kollha kkonċernati f'Malta biex tiżgura li l-kuntatti jibqgħu jissaħħu.

 

Matul il-laqgħa ġew diskussi diversi kwistjonijiet reġjonali, b'enfasi fuq il-gwerra fl-Ukrajna u l-instabbiltà fil-Mediterran. Il-President Vella osserva li hemm diversi kwistjonijiet urġenti fir-reġjun, li jvarjaw mill-instabbiltà kontinwa fil-Libja, it-tensjonijiet fil-Lvant tal-Mediterran u x-xenarju inkwetanti dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani. Issemmiet ukoll il-migrazzjoni, fejn il-President Vella fakkar programm tal-Istati Uniti għar-risistemazzjoni ta' refuġjati minn Malta, li m'għadux fis-seħħ, u qal li dan il-mekkaniżmu kien ta' appoġġ kbir għal Malta.​


____


The Ambassador of the United States of America, Her Excellency Constance J. Milstein, presented her Letters of Credence to President George Vella at San Anton Palace, Attard. 

 

President Vella welcomed the Ambassador to Malta and referred to the ample potential to intensify bilateral relations, which both agreed are excellent. Ambassador Milstein underlined her commitment to work with all stakeholders in Malta to ensure that contacts are further consolidated.

 

Several regional issues were discussed during the meeting, with focus being placed on the war in Ukraine and instability in the Mediterranean. President Vella observed that there are several pressing issues in the region, ranging from the continued instability in Libya, tensions in the Eastern Mediterranean and the worrying scenario concerning the Middle East Peace Process. Migration was also raised, with President Vella recalling a US resettlement programme of refugees from Malta which is no longer in operation, stating that this mechanism had been of great support to Malta.​



​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials