Mafkar iddedikat lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa ġie inawgurat mill-President ta’ Malta George Vella
Mafkar iddedikat lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa li jinsab fil-Ġonna ta' Sant'Anton u li kienet saritlu ħafna ħsara meta ġġarraf ħajt li jifred il-Palazz ta' Sant'Anton mill-ġonna fl-2018, ġie inawgurat mill-President ta' Malta George Vella wara li ġie rrestawrat. Il-monument inkixef waqt lejla mużikali li saret fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Malta Union of Midwives and Nurses (l-MUMN).