Il-President ta' Malta, George Vella u s-Sra Vella żaru l-Best Print Co. Ltd li tistampa l-ktieb tar-riċetti Tisjir bil-Qalb li joħroġ kull sena b'risq The Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF).
Il-President ta' Malta, George Vella u s-Sra Vella żaru l-Best Print Co. Ltd li tistampa l-ktieb tar-riċetti Tisjir bil-Qalb li joħroġ kull sena b'risq The Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF). Il-President iżża ħajr lit-tmexxija u lill-ħaddiema tal-kumpanija, li hija bbażata l-Qrendi, għall-appoġġ tagħhom sena wara sena favur dawk fil-bżonn. Il-ktieb, li din is-sena fih taħlita ta' riċetti minn 16-il pajjiż differenti, se jkun għall-bejgħ dalwaqt mill-uffiċini tal-MCCFF fil-Palazzi tal-Belt u ta' Sant'Anton, minn The President's Kitchen Garden, mill-Maltapost, mill-Maypole, mill-Agenda, u minn mccf.store.