Left arrow Go Back

President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estates

Date Icon 11/07/2014
;
​Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-Fiera l-Kbira f’Montekristo Estates, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tat ħajr lill-organizzaturi li se jkunu qed joffru d-dħul mill-parkeġġ għal din il-fiera bħala donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund.

Il-President Coleiro Preca spjegat kif din il-fiera għandha dimensjoni soċjali u ħeġġet lill-pubbliku li mistenni jżur din il-fiera biex jagħmel użu mill-parkeġġ biex b’hekk jikkontribwixxi fil-fond nazzjonali li qed jgħin fost l-oħrajn persuni morda bil-kanċer. 

Il-President temmet tfaħħar is-sens innovattiv ta’ din il-fiera u uriet sodisfazzjon għal mod kif il-komunità kummerċjali qed tiltaqa’ f’post wieħed.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials