Left arrow Go Back

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela, ltaqgħu mal-komunità Maltija li tgħix ġewwa Ruma

Date Icon 21/03/2019
;

 Il-President Coleiro Preca rringrazzjat lill-membri tal-komunità Maltija għall-viżibilità kontinwa li qed jagħtu lil Malta u Għawdex permezz ta’ xogħolhom ġewwa l-Italja. Hija tenniet li l-fatt li l-komunità Maltija ġewwa Ruma hija ta’ daqs konsiderevoli, huwa wkoll evidenza tar-relazzjonijiet eċċellenti li jeżistu bejn Malta u l-Italja bħala żewġ pajjiżi ġirien.


“Hija tassew xi ħaġa mill-isbaħ meta relazzjonijiet bilaterali jiżviluppaw fuq livell ta’ people-to-people fil-ħajja ta’ kuljum tal-individwu, fil-postijiet tax-xogħol, fl-iskejjel, fl-universitajiet, fis-settur kummerċjali, fis-settur soċjali, u fil-komunitajiet rispettivi”, stqarret il-President, filwaqt li awguratilhom kull suċċess.

Il-President u l-Ministru Abela kienu akkumpanjati mill-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Italja Vanessa Frazier.



Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials