Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippresediet serata mużiko-letterarja organizzata mill-Malta Union of Midwives and Nurses
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, ippresediet serata mużiko-letterarja organizzata mill-Malta Union of Midwives and Nurses, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Infermiera u l-Qwiebel. Il-President qalet li l-professjonijiet tal-infermiera u l-qwiebel huma professjonijiet ta’ imħabba, u awgurat aktar ħidma ħalli dawn il-professjonijiet jkomplu jikbru u jissaħħu, biex jkomplu jkunu ta’ tant ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.