Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, llum żaret l-birrerija Farsons fejn ġiet milqugħa mid-diriġenti tal-kumpanija.
Il-President Coleiro Preca żaret id-diversi faċilitajiet tal-birrerija, fosthom il-proġett ta’ espansjoni li għaddej bħalissa. Meta ltaqgħet mal-ħaddiema tal-grupp, il-President faħħret l-impenn tal-grupp Farsons, li jista’ jitqies bħala wieħed mill-pilastri tal-ekonomija Maltija għal diversi snin. Il-President irringrazzjat lill-grupp talli huwa strumentali fil-ħolqien ta’ diversi impjiegi, liema impjiegi jwasslu sabiex bosta familji Maltin u Għawdxin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Hija tenniet li s-suċċess tal-kumpanija, ma jinkisibx biss permezz tat-teknoloġiji ġodda u permezz tal-investiment kontinwu biss, iżda jinkiseb ukoll permezz tal-ħaddiema.