Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca waqt laqgħa ma’ Prinċep Karlu waqt ir-Royal Commonwealth Society Dinner f’St.James Palace Londra.
Ilbieraħ il-President ta’ Malta flimkien mas-Sur Preca kienu l-mistiedna speċjali tal-Prinċep waqt ‘The Prince’s Trust Celebrate Success Awards’ f’Londra fejn ġew ippremjati ż-żgħażagħ li permezz ta’ The Prince’s Trust irnexxielhom javvanzaw ‘il quddiem fl-inizjattivi varji tagħhom. Għal dawn l-Awards attendew bosta ċelebritajiet internazzjonali mill-qasam taċ-ċinema u d-divertiment.