Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-kampanja ‘Make My House A Home’ magħrufa wkoll bħala ‘The Orange Campaign’
03/12/2015
;
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret il-kampanja ‘Make My House A Home’ magħrufa wkoll bħala ‘The Orange Campaign’, organizzata mill-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta, li qed issir flimkien ma’ RTK biex jinġabru fondi għall-Preventive Care Unit. Il-President qalet li huwa dmir tagħha li tappoġġja b’mod sħiħ inizjattivi pożittivi bħal l-‘Orange Campaign’. Il-President qalet li huwa fid-dmir tagħna bħala Nsara li nħarsu lejn it-tfal u ż-żgħażagħ li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna, u li ‘għandhom d-drittijiet tagħhom daqs kemm għandhom drittijiet it-tfal tagħna'.
Share this Press Photo
This site uses cookies to ensure you get the best experience. If you do not change your settings, we will assume that you accept the use of cookies.
More information