Left arrow Go Back

It-tmexxija tal-Presidenza Ewropea li Malta kellha f’idejha fis-sitt xhur li għaddew u li issa se tgħaddi f’idejn l-Estonja kienet diskussa waqt laqgħa fi Brussell bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru tal-Estonja Jüri Ratas

Date Icon 22/06/2017
;
Dr Muscat semma fejn waslet din il-Presidenza, fost oħrajn bil-kisbiet għan-naħa tal-Lvant bħal liberalizzazzjoni tal-viżas għall-Ukrajna u l-assistenza finanzjarja għall-Moldova. Issa huwa l-mument li Malta tkompli tassigura li ssir handover xierqa lill-Estonja. Il-Prim Ministru Ratas rringrazzja lil Malta għas-suċċess tal-Presidenza u qal li pajjiżu qed iħares ’il quddiem biex juża din l-esperjenza Maltija għas-sitt xhur li ġejjin.​​
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials