Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru Joseph Muscat laqa’ f’Kastilja lil diversi sportivi li kisbu unur fl-aħħar ġimgħat u ppreżentalhom rikonoxximent żgħir

Date Icon 10/10/2018
;

​Fil-fatt, il-Prim Ministru, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, laqgħu lit-teams tal-waterpolo Neptunes Leo Vegas, li rebħu l-Premier Divsion tal-Kampjonat tas-Sajf, lil Marsaxlokk Browns, li rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat tas-Sajf, u lil Exiles Elia Caterers, li rebħu l-kampjonat tan-nisa. Ġew rikonoxxuti wkoll it-team tan-nisa ta’ taħt it-tmintax-il sena tal-basketball li kisbu l-fidda f’Divżjoni Ċ tal-Kampjonati Ewropej tan-nisa f’Andorra, u s-Sur Charles Aquilina li rebaħ il-kampjonat Mondjali tat-table soccer f’Ġibiltà fil-kategorija tal-veterani. 

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials