Left arrow Mur Lura

Malta kienet uffiċjalment milqugħa għal-logħob tal-Commonwealth waqt ċerimonja fil-villaġġ tal-atleti f’Gold Coast, l-Awstralja

Date Icon 03/04/2018
;

Bid-daqq tal-innu Malti u t-tlugħ tal-bandiera Maltija, u fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-kontinġent beda formalment il-parteċipazzjoni tiegħu f’dan l-ikbar programm sportiv fl-istorja tal-logħob tal-Commonwealth.

Il-kompetizzjonijiet, li se jsiru bejn l-4 u l-15 ta’ April, qed ikunu meqjusa bħala esperjenza unika li ssaħħaħ ir-rabta bejn il-71 nazzjon li se jieħdu sehem. Kollox huwa issa lest biex tibda din iċ-ċelebrazzjoni ta’ sport, kultura, u divertiment.

 ​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials