Left arrow Mur Lura

Laqgħa spontanja bejn il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp tar-Renju Unit James Cleverly

Date Icon 10/02/2023
;

Mal-wasla tiegħu f’Malta wara li attenda għall-Kunsill Ewropew Straordinarju fi Brussell, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa spontanja fl-Ajruport Internaz​zjonali ta’ Malta mas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp tar-Renju Unit, James Cleverly.

Iż-żewġ naħat qalu li jħarsu ’l quddiem lejn l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ koperazzjoni bilaterali ffirmat aktar kmieni llum, u tennew l-impenn biex jissaħħu r-relazzjonijiet eċċellenti bejn Malta u r-Renju Unit, speċjalment fil-qasam tas-saħħa.


​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials