Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jagħti merħba lil Martin Galea mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta wara ħdax-il jum maħtuf fil-Libja

Date Icon 28/07/2014
;
Il-Prim Ministru radd ħajr lill-korp diplomatiku Malti, lis-Servizz tas-Sigurtà u lill-Armata għax-xogħol delikat li wettqu flimkien mal-kommunità Islamika f'Malta u interlokuturi Libjani. Is-Sur Galea min-naħa tiegħu radd ħajr lill-Gvern għall-ħidma li wettaq biex inġieb lura Malta qawwi u sħiħ.  Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella u l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Dr Manwel Mallia.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials