Bħala parti mit-tieni edizzjoni tal-festival 'Nitkellem', ittella' l-kunċert Kelma Kelma Nota Nota, fl-Amfiteatru tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali.
Bħala parti mit-tieni edizzjoni tal-festival 'Nitkellem', ittella' l-kunċert Kelma Kelma Nota Nota, fl-Amfiteatru tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali.
L-għan tal-kunċert 'Ixgħel l-Indicator' kien li, permezz tal-mużika u l-umoriżmu, iħeġġiġna nieqfu ftit mir-rutina ta' kuljum u naħsbu fis-saħħa mentali tagħna u tan-nies ta' madwarna. Bħalma fit-triq nixegħlu l-indicator biex nuru fejn inkunu sejrin, fil-ħajja wkoll jiswa li nuru kif inħossuna, nitolbu l-għajnuna u nagħtu kas tas-sinjali ta' ħaddieħor.
Il-kunċert fakkarna wkoll fil-valur taċ-ċans: ċans li nisimgħu lil xi ħadd, li nċemplulu, li nqattgħu ftit ħin flimkien. Ċansijiet li spiss inħallu għal għada, qisu dejjem se jkollna ċans ieħor. Meta kultant, biex inkunu hemm għal ħaddieħor, kulma rridu hu li nieqfu, nisimgħu u nsibu naqra ċans.
Dan il-kunċert ittella' bis-sehem ta' Ray Calleja, Daniel Cauchi u l-Big Band Brothers, Michael Spagnol, Amber u Marija Bellia.