Left arrow Mur Lura

​Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa mal-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez qabel il-Kunsill Ewropew Speċjali li qed jitlaqqa' fi Brussell.

Date Icon 18/04/2024
;

​ Iż-żewġ mexxejja ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari l-kriżi umanitarja f'Gaża u l-importanza tal-waqfien mill-ġlied b'mod permanenti flimkien mal-ħelsien ta' ostaġġi maqbuda mill-Ħamas f'Ottubru li għadda. ​

Malta u Spanja huma wkoll żewġ pajjiżi minn erba' stati membri li qablu li s-soluzzjoni ta' żewġ stati hija kruċjali għall-paċi fil-Lvant Nofsani.

​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials