Il-Prim Ministru Robert Abela qed jattendi għal-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fi Brussel.
Il-Kunsill Ewropew mistenni jiffoka fuq it-temi tat-tibdil fil-klima, il-baġit Ewropew, ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi oħra lil hinn mill-Unjoni Ewropea, u anke l-Covid-19, partikolarment fuq il-vaċċin.
Għada mistenni li jkun hemm Euro Summit fejn il-mexxejja Ewropej tal-pajjiżi taż-żona ewro, jiddiskutu l-qagħda ekonomika fil-pajjiżi rispettivi.