Left arrow Go Back

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Lussemburgu komplew jiġu diskussa f’laqgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu, Jean Asselborn.

Date Icon 19/07/2019
;
 
Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Lussemburgu komplew jiġu diskussa f’laqgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu, Jean Asselborn. 
 
Fuq l-aġenda tal-laqgħa kien hemm ukoll il-politika soċjal-demokratika fl-Ewropa kif ukoll il-prospetti għall-futur tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-programm tal-Kummissjoni Ewropea ġdida. 
 
Trattata wkoll l-isfida tal-migrazzjoni, biż-żewġ naħat jaqblu li l-ħajjiet tal-bnedmin f’diffikultà għandhom dejjem jiġu salvati u li fl-istess waqt hemm bżonn reviżjoni tar-regoli li saru f’ċirkostanzi u żminijiet differenti fosthom dwar il-mod kif jiġu kkordinati l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials