Left arrow Mur Lura

Press Photos

Date Icon 18/12/2018
;

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farruġia Portelli, ġew milqugħin mill-Maltin li jgħixu fl-Awstrija fl-Ambaxxata ta’ Malta  fi Vjenna. Waqt riċeviment sabiex jitfakkar l-44 anniversarju  minn meta Malta saret repubblika, il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lill-Ambaxxatriċi Natasha Meli Daudey tax-xogħol utli li qed tagħmel biex tkompli  ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iż-żewġ pajjiżi.


Il-Prim Ministru Joseph Muscat sellem lill-Maltin li kienu preżenti u rringrazzjahom talli jkomplu jagħmlu unur lil pajjiżna permezz ta’ diversi xogħlijiet li qed jagħmlu barra minn xtutna. L-Ambaxxatriċi għall-Awstrija  qalet li l-Maltin li jgħixu fl-Awstrija huma l-veru ambaxxaturi għall-pajjiżna.

Minbarra numru ta’ persuni li jgħixu fl-Awstrija involuti f’diversi oqsma tal-kummerċ bħas-sigurtà u turiżmu fost l-oħrajn, preżenti wkoll kien hemm numru ta’ konsli onorarji.




Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials