Left arrow Go Back

Ittellgħet b'suċċess l-open day TrasPORT

Date Icon 27/04/2024
;

​

Ittellgħet b'suċċess l-open day TrasPORT fejn numru kbir ta' familji attendew għal din l-attività. L-open day ġiet organizzata minn Transport Malta u Yachting Malta bil-kollaborazzjoni ta' numru ta' entitajiet fosthom il-Malta Public Transport u Maritime MT.

 

Għal din l-open day, il-pubbliku seta' jara mill-qrib il-ħidma ta' dawn l-entitajiet u ngħata tagħrif dwar is-sigurtà fit-toroq; applikazzjonijiet għall-iskemi disponibbli; applikazzjonijiet għal Tallinja Card; tagħrif dwar opportunitajiet ta' xogħol fis-settur marittimu, fost oħrajn.

 

Waqt l-attività dawk li attendew setgħu jitilgħu fuq is-sailboat VIVA Malta, kif ukoll setgħu jieħdu lezzjonijiet tal-ibburdjar. Kien hemm ukoll obstacle bike race għat-tfal u mużika u divertiment ieħor għall-familja kollha.

 

Attenda wkoll għal din l-open day il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett li ltaqa' ma' bosta familji li żaru din l-attività.

 ​

​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials