Left arrow Go Back

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi dalgħodu żar taxi booth temporanja li fetħet fil-venda tal-Belt Valletta, fejn fakkar fir-regolamenti li llum jirregolaw l-operat tat-taxis il-bojod.

Date Icon 24/02/2017
;

Huwa qal li b’dawn ir-regolamenti, qed jissaħħu l-istandards tal-vetturi u tax-xufiera. Fakkar kif dan is-servizz huwa utli ħafna, għax persuna tista’ tinqeda direttament u tħallas minn qabel. Huwa appella li r-regolamenti qegħdin hemm biex jiġu segwiti, u fakkar ukoll fl-obbligu tax-xufiera li jilbsu l-uniformi u mezz ta’ identifikazzjoni maħruġa minn Transport Malta.​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials