Left arrow Go Back

​Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u Sostenn għall-Belt Kapitali Deo Debattista ta l-indirizz tal-ftuħ fis-Simpożju Annwali tal-Farmaċija

Date Icon 04/03/2019
;

​Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa Pubblika u Sostenn għall-Belt Kapitali Deo Debattista ta l-indirizz tal-ftuħ fis-Simpożju Annwali tal-Farmaċija fl-Aula Magna, l-Università ta' Malta (Valletta Campus). Matul is-simpożju, studenti li jsegwu wieħed mill-ħames korsijiet offruti mid-Dipartiment tal-Farmaċija ppreżentaw it-teżi/proġetti finali tagħhom. L-istudenti kollha pparteċipaw, inkluż madwar 20 student fuq mobbiltà bl-Erasmus. Bħalissa hemm 35 student fil-programm ta' dottorat li ġejjin minn 13-il pajjiż differenti. Is-simpożju pprovda pjattaforma informali għall-istudenti u l-istaff biex jitkellmu ma' stakeholders interessati dwar opportunitajiet fil-farmaċija u t-teknoloġija farmaċewtika.


Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials