Left arrow Go Back

‘Dancing with Pride’ bħala parti mill-EuroPride Valletta 2023

Date Icon 08/07/2023
;

Dalgħodu fil-Belt Valletta ttellgħat l-attività 'Dancing with Pride' bħala parti mill-EuroPride Valletta 2023, fejn nies ta' kull età ngħaqdu flimkien, f'atmosfera mill-isbaħ, biex iwasslu l-messaġġ tal-ugwaljanza mill-qalb permezz taż-żfin.

 

Waqt li kienet qed tindirizza l-attività, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet “Illum kulħadd jista' japprezza li meta nirrispettaw lil xulxin u nħallu lil kulħadd jgħix il-libertà tiegħu jkollna soċjetà iktar b'saħħitha li tgħożż l-imħabba".

 

Filwaqt li rringrazzjat lil kull min attenda u ċċelebra d-diversità, is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li qed tħares 'il quddiem biex fil-EuroPride ta' Settembru, Malta tiċċelebra l-kisbiet tagħha kif ukoll tikkommetti ruħha għar-riformi li għadhom iridu jitwettqu.

 

Preżenti mas-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg kien hemm il-President tal-Allied Rainbow Communities Maria Azzopardi u s-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit.​​

​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials