Left arrow Go Back

Il-laqgħa tal-MED5 titlaqqa’ f’pajjiżna / The MED5 meeting is being held in Malta

Date Icon 04/03/2023
;

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri qed imexxi l-laqgħa tal-MED5 li qed issir is-Sibt filgħodu fil-Belt Valletta.

Matul din il-laqgħa, il-Ministri għall-Intern u l-Immigrazzjoni ta’ Malta, il-Greċja, l-Italja u Spanja, flimkien mas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Intern ta’ Ċipru, ser ikunu qed jiddiskutu pożizzjoni komuni dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, filwaqt li se jkollhom diskussjoni mad-direttur eżekuttiv il-ġdid tal-FRONTEX dwar il-prijoritajiet biex nipprevjenu wasliet irregolari. 

Il-Ministeru tal-Intern tal-Iżvezja kien ukoll mistieden hekk kif għandhom il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


​​***

Minister for Home Affairs, Security, Reforms, and Equality,  Byron Camilleri, is chairing the MED5 meeting in Valletta on Saturday morning.  

The Ministers of the Interior and Migration of Malta, Greece, Italy, and Spain, as well as the Permanent Secretary of the Ministry of the Interior of Cyprus, will be discussing a common position on asylum and immigration and will also discuss with the new executive director of FRONTEX priorities to prevent irregular arrivals. 

The Ministry of the Interior of Sweden was invited as the current Presidency of the Council of the European Union.
​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials