Left arrow Mur Lura

Eluf ta’ familji Maltin qegħdin jiltaqgħu mal-membri tal-erba’ Korpi Dixxiplinati ta’ pajjiżna waqt Open Day li għaddejja fl-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati f’Ta’ Kandja

Date Icon 14/04/2024
;

​Il-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta' Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi tellgħu flimkien attività għall-familja li matulha qegħdin ifehmuhom diversi aspetti tal-ħidma tagħhom. Il-pubbliku qiegħed jara mill-qrib, u jmiss b'idejh, it-tagħmir, l-għodod u l-armi li l-membri tal-Korpi Dixxiplinati jużaw fid-diversi ċirkostanzi li jiltaqgħu magħhom fit-twettiq ta' ħidmithom.

 

Fost it-taqsimiet li ġibdu ħafna attenzjoni mill-pubbliku kien hemm dik tal-forensika u l-Special Intervention Unit tal-Pulizija; l-itwal ladder crane f'Malta u d-drones tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, it-tagħmir biex wieħed jara billejl u r-range tal-isparar tal-Forzi Armati kif ukoll it-taqsima tal-klieb u l-prodotti tal-forn tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. 

 

Attenda wkoll għal din l-Open Day il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li ltaqa' kemm mal-membri tal-korpi preżenti kif ukoll mal-bosta nies li żaru l-open day.​

​​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials