Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri jinawgura 23 vettura ġdida għall-Forzi Armati ta’ Malta
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri inawgura 23 vettura ġdida għall-Forzi Armati ta’ Malta. L-investiment ta’ aktar minn €600,000 huwa parti minn numru ta’ investimenti oħra li qed isiru fil-Forzi Armati ta’ Malta biex ikun assigurat li l-FAM ikunu mgħammra bir-riżorsi meħtieġa.