Left arrow Mur Lura

Laqgħa tar-ROADPOL f'Malta

Date Icon 25/04/2024
;

​Is-sigurezza fit-toroq ġiet diskussa minn rappreżentanti ta' korpi tal-pulizija minn 29 pajjiż Ewropew li ltaqgħu f'Malta għal-laqgħa tar-ROADPOL, organizzata mill-Korp tal-Pulizija ta' Malta. Dan in-network, immexxi minn uffiċjali anzjani tal-pulizija, huwa impenjat li jnaqqas imwiet u ferimenti kaġun ta' inċidenti tat-traffiku fit-toroq Ewropej. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri qal li l-infurzar tal-liġijiet waħdu fit-toroq mhux biżżejjed dment li ma jkunx hemm ħarsien akbar tas-sigurezza u aġir aktar responsabbli minn kulħadd. Matul il-konferenza ħareġ li skont ċifri tal-Eurostat, Malta għandna t-tielet l-anqas rata ta' fatalitajiet f'inċidenti tat-traffiku fl-Ewropa.​​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials