Jitqassmu hampers lill-familji residenti fit-Tent Village f’Ħal Far u f’Dar il-Liedna fil-Fgura.
Dalgħodu rappreżentanti mill-Ambaxxata tal-Kuwait u tal-IMAM f’Malta ppreżentaw numru ta’ hampers li jikkonsistu f’ikel għall-perjodu tar-Ramadan lill-Kap Eżekuttiv tal-Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) Mario Schembri, sabiex jitqassmu lill-familji residenti fit-Tent Village f’Ħal Far u f’Dar il-Liedna fil-Fgura.