Left arrow Mur Lura

Madwar 4,000 persuna attendew għal Open Day​ fl-Arkivji Nazzjonali ta' Malta li saret illum, fejn id-dħul kien bla ħlas.

Date Icon 21/04/2024
;
​

L-Arkivji Nazzjonali ta' Malta jmorru lura 500 sena. Hawnhekk jinsabu eluf ta' mapep u aktar minn miljun ritratt mill-istorja ta' pajjiżna kif ukoll kollezzjoni ta' 23 kilometru tul ta' xkafef. Dawn jinkludu fajls tal-karti, ittri, volumi miktubin bl-idejn, cuttings, ritratti, mapep, tpinġijiet arkitettoniċi, reġistrazzjonijiet ta' storja orali, mikrofilm, floppy discs, CDs, vidjows, DVDs, fost diversi oġġetti oħra.

 

L-Arkivji Nazzjonali ta' Malta tippreserva l-memorja tal-poplu Malti billi żżomm numru sinifikanti ta' rekords dwar l-istorja ta' Malta u l-ħajja tal-poplu u tipprovdi wkoll aċċess għalihom għar-riċerka.

 

Attenda wkoll għal din l-open day il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li ltaqa' ma' diversi familji li attendew.

 

Il-pubbliku seta' jara u jingħata kopja ta' ritratt li ma deher qatt qabel dwar il-ferrovija ta' Malta u matul l-Open Day ingħatat informazzjoni dwar x'juri dan ir-ritratt kif ukoll kif dan jirrifletti diversi aspetti tal-ħajja f'Malta aktar minn 120 sena ilu. Dan filwaqt li fil-bitħa tal-Arkivji Nazzjonali kien hemm spettaklu min-numru ta' artisti lokali. Il-viżitaturi kellhom ukoll l-opportunità li jirreġistraw biex issir riċerka fuq l-għeruq tagħhom stess.

​ 

​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials